Attent jekk se tgħaddi mis-Salini hekk kif ħabta waslet sabiex tiġi ostakolata t-triq.

Filwaqt li kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident viċin ir-roundabout fi Triq is-Salini ma’ Newsbook.com.mt għall-ħabta tas-6.15pm, sorsi spjegaw li l-ħabta seħħet bejn vann u karozza. Kawża tal-ħabta, il-vann baqa’ dieħel fi crash barrier.

Skont sorsi, it-triq fid-direzzjoni lejn San Ġiljan kienet ostakolata bit-traffiku jibqa’ tiela’ sax-Xemxija.

Kelliem għall-Pulizija spjega li l-Pulizija għamlu ronda wara li rċevew telefonata dwar l-inċident, madanakollu jidher li sakemm waslu fuq il-post, il-persuni involuti kienu telqu.