Malta Police Force

Ħabta bejn mutur u karozza fil-Ħamrun wasslet raġel l-isptar.

Dan ġara għall-ħabta tal-5.15pm fi Triq Diċembru 13. Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li uffiċjali tal-pulizija u ambulanza marru fuq il-post.

L-ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 56 sena mill-Fgura l-isptar. Is-sewwieq tal-karozza li għandu 57 sena u hu residenti Ħal Għaxaq ma kellux bżonn assistenza medika.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.