FirstMalta

Bassara indipendenti tat-temp qegħdin jgħidu li fi tmiem il-ġimgħa, it-temp għandu jaqleb għal temp xitwi, peress li mistennija tagħmel ix-xita u jkun hawn riħ qawwi ħafna.

Il-paġna Malta Weather qalet fuq Facebook li l-ewwel weekend ta’ Mejju se jkollu temp ikrah ħafna. Dan għaliex sistema ta’ pressjoni baxxa fuq l-Afrika ta’ Fuq se tgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran.

Ir-riħ għandu jilħaq il-forza 6.