Malta Police Force

Raġel sofra ġrieħi gravi wara ħabta bejn vettura u mutur fil-Marsa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.45pm fi Vjal il-Labour. Kelliem għall-Pulizija qal li l-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 50 sena minn Raħal Ġdid filwaqt li r-raġel għandu 39 sena huwa wkoll minn Raħal Ġdid u kien qed isuq il-mutur.

Ambulanza ħadet ir-raġel lejn l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.