It-temp instabbli li għandu l-Gżejjer Maltin dan il-weekend ħassar il-pjanijiet hekk mistennija tal-Karkariżi billi l-purċissjoni ta’ Santu Kruċ ġiet posposta.

Din il-purċissjoni tas-salib kellha ssir illejla, iżda minflok, se ssir għada wara l-quddies tad-9.15am, jiġifieri għall-ħabta tal-10am. 

L-Għaqda Mużikali Sant’Elena qalet li fl-10am toħroġ l-istatwa ta’ Sant’Elena mill-Knisja Parrokkjali u tibda r-rotta kif kienet pjanata, billi tgħaddi minn quddiem il-Każin tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena bħala parti mill-festi ċentinarji, peress li din is-sena, l-Għaqda Mużikali Sant’Elena tagħlaq 100 sena mit-twaqqif tagħha.

Dawn ma kinux l-uniċi pjanijiet li ddisturba t-temp, peress li nies li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li ħadu tixriba lbieraħ waqt il-Festival tal-Beland fiż-Żejtun li fih kantat Ira Losco.