Illejla fit-Teatru Ariston fl-Italja ttellgħet is-serata finali tal-għaxar edizzjoni  ta’ Sanremo Junior, li fiha kif ħabbarna aktar kmieni din il-ġimgħa, ikkompetiet il-kantanta ta’ tmien snin Kaya Gouder Curmi.

Filwaqt li l-Ukrajina rebħet il-festival bħala l-overall winner, Kaya Gouder Curmi, l-iżgħar parteċipanta f’din l-edizzjoni, rebħet fil-kategorija tagħha. Hija pparteċipat bil-kanzunetta Bring Him Home minn Les Miserables.

It-22 parteċipanti kantaw live mal-orkestra ta’ sanremoJunior iżda r-riżultat tħabbru llejla.

Kaya Gouder Curmi hija akkumpanjata fl-Italja mill-familjari tagħha u minn Antonella Vassallo, l-organiżattriċi ta’ Sanremo Junior f’Malta.