Facebook

Bħalissa għaddej il-ġbid ta’ drama ġdida għat-televiżjoni bl-isem ta’ Nostalġija, ta’ Ronald Saliba, b’direzzjoni ta’ Charles Stroud.

Bosta atturi magħrufa fosthom Michael Sciortino, Guido Fenech, Monika Attard, Tereża Gauci, Anthony Ellul, Simon Curmi, Sandra Davis, Ray Bone, Joe Farrugia “Id-Dulli”, Joe Gatt, Jamie Cardona, Claire Buhagiar, Shelby Aquilina, Sarah Camilleri, Fabian Scerri De Carlo, Ronald Saliba, u Frank Vella huma fost dawk li qed jagħtu sehemhom f’din is-sensiela ġdida, li s’issa għadu mhux magħruf fuq liema stazzjon se tintwera.

Facebook

Għal din is-sensiela, f’dawn l-aħħar ġranet, ħarġet sejħa għal dawk kollha li jixtiequ jidhru f’xena partikolari li l-ġbid tagħha se jkun nhar l-Erbgħa 15 ta’ Mejju mis-6pm ‘il quddiem. Il-ġbid se jsir fil-Każin Banda San Filep, f’Ħaż-Żebbuġ.

Mid-deskrizzjoni tax-xena li ngħatat fuq il-mezzi soċjali, għal din ix-xena hemm bżonn ta’ nies ta’ kull età, għalkemm qed isir appell li tfal taħt l-10 snin ikunu akkumpanjati mqar minn persuna adulta. L-ilbies għandu jkun ta’ mass rally ta’ kandidati taparsi.

B’kollox hemm madwar tliet sigħat filming u għal aktar dettalji wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Facebook ta’ Charles Stroud u jibgħat messaġġ hemmhekk.