Il-Qorti Torka waqqgħet is-sentenza ta’ ħabs kontra l-ġurnalista investigattiva Pelin Ünker li kienet qed taffaċċja sentenza ta’ 13-il xahar priġunerija. L-infurzar tas-sentenza kien iwassal biex l-omm tkun separata mit-tarbija.

Fi stqarrija, il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa faħħar din id-deċiżjoni billi qal li hija kienet irrappurtat b’mod fattwali l-Paradise Papers u kixfet il-kumpaniji li nies fil-poter fit-Turkija kellhom barra l-pajjiż.

Fisser kif l-akkużi kontra Pelin Ünker kienu nkwetanti għaliex min għamilhom kien diġà ammetta li dak li kien irrappurtat kien veru. Spjega wkoll li huwa ħadem biex dawk l-akkużi kontra Ünker jitwaqqgħu u żort il-ġurnalista f’Istanbul fi Frar fejn iltqajt ukoll mat-tim legali tagħha.

Ünker ġiet Malta bħala mistiedna u attendiet għal attività dwar il-libertà fil-midja u tkellmet waqt il-velji għall-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

AQRA: “Tħallu lil ħadd isikkitkom” – ġurnalista Torka li qed taffaċċja l-ħabs

Ix-xahar li għadda Casa ppreżenta dikjarazzjoni dwar Ünker iffirmata minn aktar minn 65 MEP lill-Ambaxxatur Tork f’Malta.

Temm jgħid li ma nistgħux ngħalqu għajnejna meta l-ġurnalisti investigattivi qed ikunu persegwitati għax jagħmlu xogħolhom.

AQRA: Sentenza ħabs għal ġurnalista li kitbet dwar il-Paradise Papers