Illum saru l-ewwel provi tal-ewwel grupp ta’ kanzunetti tat-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest. B’kollox hemm tmintax-il kanzunetta f’din is-semi finali tal-Ħamis 16 ta’ Mejju.

It-tieni grupp se jkun qed jagħmel il-provi tiegħu għada t-Tlieta. Michela, li telqet flimkien mad-delegazzjoni Maltija u t-tim tagħha lejn Tel Aviv, l-Iżrael, aktar kmieni dalgħodu, se tkun qed tagħmel il-provi tagħha proprju għada. Hija se tkun it-tieni artista li titla’ fuq il-palk tal-Eurovision għada. Qabilha se tkun il-Kroazja li se tkun qed tagħmel il-provi fir-raba’ jum ta’ tħejjijiet għall-Eurovision.

Intant tistgħu ssegwu hawnhekk siltiet mill-provi li saru llum:

Armenja – Srbuk – Walking Out

Irlanda – Sarah McTernan – 22

Latvja – Carousel – That Night

Żvizzera – Luca Hänni – She Got Me

Moldova – Anna Odobescu – Stay

Rumanija – Ester Peony – On A Sunday

Danimarka – Leonora – Love Is Forever

Awstrija – PÆNDA – Limits

Żvezja – John Lundvik – Too Late For Love