Tmexxi l-programm Follow Up illum 6 ta’ Mejju 2019 Sylvana Debono.

Fid-diskussjoni llum:

Gordon Watson jintervista lil Karl Schembri, Malti li jaħdem mar-refuġjati fil-gwerra qalila fil-Yemen.

Coryse Borg titkellem ma’ Anna Borg Cardona dwar il-wirja awdjo-viżiva ‘Music in Malta – From Prehistory to Vinyl’.

Sylvana Debono titkellem mal-ġurnalist James Debono dwar l-effet li kellha fuq Malta s-sħubija fl-UE, ħmistax-il sena wara, u ma’ Pauline Miceli dwar il-kriminalita’ fost iż-żgħażagħ.

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.