L-istaġun ta’ Lucas Paqueta spiċċa wara li l-midfielder ta’ Milan ingħata projbizzjoni ta’ tliet partiti għall-karta l-ħamra li rċieva waqt il-logħba kontra Bologna. Paqueta ingħata karta safra wara li rreaġixxa b’mod xejn tajjeb għal foul waqt il-logħba li Milan rebħu 2-1 nhar it-Tnejn. Hu ingħata karta ħamra immedjatament hekk kif taptap fuq id ir-referee Marco Di Bello.

Waqt logħob ieħor, Mitchell Dijk u Artur Ionita ta’ Bologna kif ukoll il-plejer ta’ Fiorentina Jordan Veretout se jkunu qed ifallu żewġ logħbiet ukoll wara s-sospenzjonijiet li qalgħu.