Taylon Correa, l-attakkant ta’ Hibs stqarr fuq Facebook li xi individwu bagħat lil persuna oħra d-dar tiegħu biex joffrilu l-flus biex ma jilgħabx fid-decider ta’ nhar is-Sibt li għadda kontra l-Belt. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, ma din l-istqarrija, ippublikat dikjarazzjoni fejn qalet li l-Uffiċjal tal-Integrita flimkien mal-Prosekutur tal-Assoċjazzjoni qed jistħarġu aktar dwar il-kumment li l-plejer ippublika fuq Facebook lbieraħ.

L-Assoċjazjoni żiedet tgħid ukoll li l-Pulizija ġew infurmati wkoll dwar il-każ.

Min-naħa tiegħu Correa qal li hu ma aċċettax li jagħmel dan hekk kif iħobb il-logħba tal-futbol u jħobb jiskurja. Huwa awgura lit-tim Belti għat-titlu li rebħu.