Gordon Watson

Raġel weġġa’ gravi wara ħabta wara li mutur ħabat f’vettura f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11.45am fi Triq Mannarinu. Il-Pulizija kkonfermat l-inċident ma’ Newsbook.com.mt.

Is-sewwieq tal-mutur li għandu 57 sena residenti l-Iklin ħabat ma’ vettura misjuqa minn raġel ta’ 82 sena minn Birkirkara. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Iktar kmieni dalgħodu kien hemm ħabta bejn mutur u vettura bis-sewwieq tal-mutur iweġġa’ gravi f’inċident separat fl-Imsida.

AQRA: Ħabta fl-Imsida; sewwieq ta’ mutur gravi