Napoli rrappurtaw li waqfu l-ftehim biex jiffirmaw l-attakkant ta’ PSV Hirving Lozano għal dan is-Sajf. Tul il-ġimgħa, il-Corriere dello Sport, gazzetta Taljana dwar l-isport, qalet li kien hemm qbil ta’ €40 miljun dwar it-trasferiment ta’ Lozano ma’ Napoli.

Madankollu, ix-xandar tal-istat Rai minn dak iż-żmien ‘l hawn kompla jsegwi l-istorja u rriżulta li t-tħassib dwar il-kundizzjoni medika ta’ Lozano u t-talbiet eċċessivi ta’ PSV wasslu biex jitwaqqaf il-ftehim.

L-istaġun tal-Messikan Lozano ntemm kmieni wara li weġġa’ l-irkoppa ftit ġimgħat ilu. Huwa xorta jrnexxielu jispiċċa l-kampanja tiegħu b’21 gowl u 12-il assist.