Il-Prinċep Harry u d-Dukessa Megħan ħabbru l-isem tat-tifel tagħhom illum, wara laqgħa li r-Reġina kellha mat-tifel. Fi tweet li turi dan l-avveniment tħabbar ukoll li t-tifel se jkun jismu Archie Harrison Mountbatten-Windsor.

Aktar kmieni l-Prinċep Harry u d-Dukessa Meghan laqqgħu lil binhom mad-dinja għall-ewwel darba llum, propju jumejn wara li twieled.

Meghan qalet li hu tarbija veru kalma, u li qisu ħolma. Harry ċċajta li ma jafx lil min jixbah. Il-koppja kkonfermat li se jlaqqgħuh mal-bużnanna tiegħu, ir-Reġina Eliżabetta II, iżjed tard. Meghan qalet li għandha l-aqwa żewġ irġiel fid-dinja u li hi kuntenta immens.

Meta l-ġurnalisti preżenti staqsew lill-koppja lil min jixbah l-aktar binhom, qalu li minħabba li t-trabi għandhom jaħbta jinbidlu, huma qed isegwu l-proċess u ma jistgħux jgħidu lil min jixbah l-aktar bħalissa.

Aġġornata (2): Filmat: “Ferħan se ntir li sirt missier” – Il-Prinċep Harry

Omm Meghan, Doria Ragland, qalet li hi tinsab ferħana ħafna bit-twelid tan-neputi tagħha. Bħalissa qiegħda toqgħod fi Frogmore Cottage ma’ bintha.

Għadu ma tħabbarx isem it-tarbija, għalkemm jumejn ilu, Harry qal li se jħabbru ismu llum. F’kummenti lill-ġurnalisti wara li twieled ibnu fis-6 ta’ Mejju fil-5.26am, Harry qal li hu ferħan se jtir li sar missier.

Ħuh William qal lill-ġurnalisti lbieraħ li hu kuntent li jista’ jilqa’ lil ħuh fil-grupp ta’ nies li jbatu min-nuqqas ta’ rqad, il-ġenituri.