Skont esperti fil-qasam tar-riklami, minħabba żball ta’ Game of Thrones, Starbucks gawdiet minn riklam li potenzjalment seta jiswa madwar $2.3 biljuni. Fl-aħħar episodju li xxandar ta’ Game of Thrones dehret bi żball tazza tal-kafe’ b’logo li ħafna assoċjawh mal-kumpanija Starbucks, anki jekk fil-verità ma kienx. Din l-opportunità li bosta sejħula unika, wasslet biex mijiet ta’ eluf ikkumentaw u għamlu referenza għal Starbucks fuq il-mezzi soċjali.

AQRA: Kont taf li jeżisti Starbucks f’Westeros?

Skont esperti fil-qasam tar-relazzjonijiet pubbliċi, il-fatt li t-tazza tal-kafè ġiet assoċjata ma’ Starbucks turi s-saħħa li għandha l-brand f’dan is-settur. Dan l-episodju ta’ Game of Thrones rawh ftit inqas minn 12-il miljun ruħ madwar id-dinja.

Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net , Tel. 21493250. Tista’ tirċievi l-artiklu b’xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net
L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investiment.