Tottenham u Liverpool ħallew il-partitarji tagħhom imbellħha din il-ġimgħa hekk kif t-tnejn li huma sfidaw id-diffikultajiet li kellhom biex jikkwalifikaw għall-finali, irnexielhom joħorġu rebbieħa kontra Ajax u Barcelona rispettivament.

Liverpool iġġieldu biex minn defiċit ta’ 3-0 mill-ewwel rawnd, dawru l-logħob favurihom u rebħu 4-3. Ġurnata biss wara, Lucas Moura għamel hat-trick li salvathom u wasslithom għall-finali. Kien biss sitt minuti minn tmiem il-logħba meta Moura rnexxielu jagħmel l-aħħar gowl biex b’hekk għelbu lil Ajax.

Huma tabilħaqq mumenti kbar bħal dawn li jagħmel din il-kompetizzjoni daqsekk sabiħa u eċitanti.