Lawrence Cutajar, Kummissarju tal-Pulizija, ġie ppreżentat trofew li ntrebħet mit-tim tal-futbol tal-Pulizija Maltija waqt turnew li sar f’Sirakuża il-ġimgħa li għaddiet. It-turnew kien organizzat mill-Kumitat Reġjonali ta’ Aics.

It-trofew ippreżentawħ is-Surġent Maġġur Martin Agius, s-Surġent Gilbert Lia kif ukoll is-Surġent Joseg Vassallo mill-Kumitat tal-Isports għall-Pulizija Maltija.