Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri żar l-istabbiliment Ta’ Mena, fix-Xewkija Għawdex fejn ħabbar li  dan il-produttur Għawdxi se jkun qiegħed jesporta lejn il-Ġappun 9,000 flixkun inbid DOK Gozo.

Is-Segretarju Parlamentari Camilleri qal li l-prodott Malti u Għawdxi għandu elementi u karatteristici li jidistingwuh minn prodotti oħra, anka minn dawk li jinbiegħu fis-swieq Ewropej. Hawnhekk fakkar fiż-żjara li għamel il-Ġappun ftit tax-xhur ilu fejn l-għan tagħha kien li jiġu stabbiliti kuntatti bilaterali abbażi ta’ negozju u tiġi identifikata l-possibbiltà ta’ kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.