CMRU

Mara ta’ 20 sena, passiġġiera f’karozza ttieħdet l-isptar issofri minn ġrieħi gravi wara ħabta qrib is-Salib tal-Għolja fis-Siggiewi.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ntalbet l-assistenza tagħha fi Triq is-Salib tal-Għolja, limiti tas-Siġġiewi wara li mara ta’ 19-il sena minn Ħad-Dingli, ħabtet bil-vettura tagħha ma’ vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti Ħad-Dingli wkoll, fejn kien hemm mara ta’ 20 sena residenti r-Rabat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu lill-mara ta’ 20 sena u aktar tard hija kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.