Il-­ġenituri għandhom ineħħu lit-­tfal mill-­pożizzjoni forma ta’ W. Din il-­pożizzjoni tista’ twassal biex it-­tfal jkunu aktar muġugħin għal tul taż-­żmien f’ħajjithom.

Ħafna drabi t­-tfal iħobbu joqogħdu f’din il-­pożizzjoni waqt li qed jaraw it­-televiżjoni, madankollu t-­tobba qed jappellaw lill-­ġenituri biex ma jħallux lit-­tfal hekk.

Skont iċ­-ċentru tal-­pedjatrija, tfal li jpoġġu f’dik il­-pożizzjoni sa wara t-­tieni sena, jistgħu ma jkollhomx biżżejjed saħħa u bilanċ fil-­partijiet kollha ta’ saqajhom u din tista’ tnaqqas l­abbiltà tat-­tfal milli jiġru.

Jekk it-­tifel jew tifla jdumu f’din il­-pożizzjoni għal ħafna ħin tista’ tikkawża pressjoni fuq l­għonq, l­-ispallejn u l-­parti ta’ fuq tad-­dahar.  Din il-­pożizzjoni tista’ twassal biex il-­joints u l-­muskoli tal-­persuni jiddgħajfu minħabba li ma jkunux attivi. It-­tobba qed jissuġġerixxu biex il­-ġenituri jgħinu lit­-tfal tagħhom jifhmu li din il-­pożizzjoni tista’ tikkawża problemi fis­saħħa tagħhom u jinkorraġġuhom joqogħdu b’saqajhom dritti jew fuq xulxin.