Il-hay fever huwa kundizzjoni komuni ta’ allerġija li taffettwa wieħed minn kull ħames persuni f’xi stadju f’ħajjithom. Imma kif tista’ ttaffi l-effetti tal-hay fever?

Inħasel filgħaxija

Mhux biss biex titnaddaf mill-ħmieġ tal-ġurnata, imma biex taħsel il-pollen li jaf ikun għadu fuq il-ġilda tiegħek. Espert tal-irqad qal li għalkemm tista’ tkun persuna li mingħajr xawer kiesħa filgħodu ma tqumx, jekk is-sintomi tal-allerġija jkunu agħar filgħaxija, tista’ tikkunsidra li tibdel ir-rutina.

Pexels

Ħu l-pilloli fil-ħin it-tajjeb

Il-pilloli jistgħu jgħinu biex jittaffew is-sintomi tal-hay fever, imma meta teħodhom, tagħmel id-differenza kollha. Jekk is-sintomi huma l-agħar ma’ nofs il-jum, mela allura ħu l-pilloli l-ewwel ħaġa filgħodu biex jagħtuk il-protezzjoni meħtieġa. Madanakollu jekk jistorduk, l-aħjar li teħodhom bil-lejl.

Aħsel il-lożor

Mhux se tfiq mill-hay fever, imma jekk taħsel il-lożor spiss tgħinek żgur. Ġeneralment il-lożor jinħaslu darba kull ħmistax, imma fix-xhur tas-sajf dan mhux biżżejjed. Fl-istaġun tal-hay fever għandek taħsilhom darba f’ġimgħa. Uża temperatura ta’ 40 grad jew iktar – huwa mezz kif toqtol it-traċċi li jirvillaw il-hay fever.

Tħallix il-pets fil-kamra tas-sodda

Tħallix il-pet jorqot fil-kamra tas-sodda. Il-pil tal-pets huwa kalamita għall-pollen, trab jew allerġiji oħra.

Lisa Fotios – Pexels

Ixtri saqqu addattat

Ċertu saqqijiet huma magħmula b’tali mod li ma jżommux trab fihom. Staqsi lil tal-ħanut. L-aħjar materjali jekk tbati mill-allerġiji huma: purotex microcapsules u tencel fibres.

rw.studios, Unsplash

Ilbes il-piġama

Malli tasal id-dar, irrelevanti minn fejn kont, għandek tbiddel. Kulma jkun hemm fil-ħwejjeġ jitlaq u s-sintomi jibdew ġejjin għall-aħjar. Twaqqaf ukoll milli xxerred dawn il-partiċelli madwar id-dar.

Ara x’inhu l-aħjar frott li tiekol

Frott tal-bosk (berries) u għeneb aħmar, għandu ingredjenti kontra l-infjammazzjoni, kif ukoll li jipproteġu kontra  sintomi ta’ allerġija fl-imnieħer u tħarħir.

 

  1. Poġġi vaselina fuq imnieħrek

Il-vaselina, anke jekk tagħmilha taħt imnieħrek tattira l-pollen (trab dakkari) u sorsi ta’ tniġġis u għalhekk ma jidħlux f’imnieħrek.