Wara t-twelid tat-tarbija rjali, bosta spekulaw għaliex il-Prinċep Harry u d-Dukessa Meghan għażlu li jsemmu lil binhom Archie, isem li ma niżilx tajjeb ma’ kulħadd. L-isem uffiċjali tiegħu huwa Archie Harrison Mountbatten-Windsor.

Żvelat isem it-tarbija rjali

Lil diversi nies fakkarhom fil-karattru popolari Archie fis-serje televiżiva Riverdale, filwaqt li lil oħrajn fakkarhom f’Archie Comics.

Image result for royal baby archie riverdale

Jidher li wħud minn dawn in-nies ma kinux żbaljati, għax id-Dukessa Meghan kienet tħobb ħafna l-comics ta’ Archie meta kienet tifla. Kien missierha Thomas Markle li rawwimha f’din l-imħabba lejn il-comics, u ħafna kummentaturi qalu li billi semmiet lil binha Archie, kienet donnha qed issellem lil missierha, li ssemma mhux ftit fuq l-aħbarijiet wara li beda jagħmel diversi allegazzjonijiet li Meghan waqfet tkellmu meta saret membru tal-familja rjali.

Aġġornata (2): Filmat: “Ferħan se ntir li sirt missier” – Il-Prinċep Harry

Iżda barra mill-karattru fittizju Archie, Meghan kienet tgħożż lil xi ħadd li kien jismu Archie f’ħajjitha, lill-qattus tagħha. Ħbieb tal-eks attriċi qalu li Meghan kibret mal-qattus li ommha, Doria Ragland, kienet ħadet id-dar darba meta d-Dukessa kienet għadha żgħira.