Il-leġġenda fil-qasam tal-karozzi u fil-paralympics Alex Zanardi għamel żjara f’Malta fejn kellu l-opportunità jaqsam l-esperjenza tiegħu dwar dan mal-pubbliku li attenda. Huwa tkellem dwar kif persuna tista’ tisfrutta l-potenzjal tagħha tkun xi tkun is-sitwazzjoni.

Zanardi fl-2017 irnexxielu jirbaħ tlett midalji tad-deheb fil-Para-Cycling World Championship u ikkompeta fl-Ironman Barcellona. Huwa rnexxielu jispiċċa l-kompetizzjoni f’inqas minn disa’ sigħat, ħafna inqas mill-ħin li wieħed jieħu b’mod normali.