L-Eks Captain ta’ Liverpool, Steven Gerrard stqarr li telaq qabel ma spiċċat il-logħba bejn Liverpool u Barcelona minħabba li ma felaħx jara kif kienet se tiżvolġi l-partita. Miegħu kellu lil waħda mit-tfal, li għad għandha seba’ snin u qal li ġab skuża meta qal li kellu jitlaq għax qabadha n-ngħas.

Gerrard qal li ma setax iġib quddiem għajnejh lil Coutinho, Suarez u lil Messi jifirħu quddiemu. Stqarr li meta persuna tkun qed tmexxi t-tim huwa ferm differenti milli tkun fl-udjenza, għax tal-inqas, bħala l-coach tkun diġà mentalment ippreparat  għal li jista’ jiġri. Hu qal li nhar it-Tlieta kienet wisprobabbli l-isbaħ atmosfera li qatt ra f’Anfield.