Kemm-il darba naraw xi salib jew xi vers mill-Bibbja mpinġi bħala tattoo fuq xi wħud, iżda mhux daqshekk komuni li naraw xena realistika mill-Bibbja mpittra fuq ġisem xi ħadd. Esebizzjoni fil-Ħamrun, bl-isem Holy Ink, qiegħda tiġbor tattoos ta’ din ix-xorta.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ Ġużeppini tal-Ħamrun, li twaqqfet fl-1985, qed torganizza din l-esebizzjoni ta’ ritratti ta’ tattoos b’temi, figuri jew pitturi reliġjużi, ta’ artisti tat-tattoos diversi.

Il-pubbliku għandu ċans iżur din l-esebizzjoni sad-9 ta’ Ġunju fis-Soċjetà Mużikali San Ġużepp fil-Ħamrun, liema soċjetà twaqqfet fl-1889.