Malta Handball Association

Illum intlagħbu tliet logħbiet tal-handball, waħda mill-Kampjonat tan-Nisa u tnejn min-Knock Out tal-irġiel. Bl-ewwel logħba tintrebaħ minn Aloysians li għelbu lil Swieqi Phoenix 27 bi 23.

Mit-taqsima tal-irġiel, H.C.Club Class rebħu lil Ħamrun Gasan Mamo H.C. bl-iskor ta’ 27 għal 24. Min-naħa tagħhom, Kavallieri RS2 rebħu lil HMS ZT Properties 27 bi 23.