L-Uffiċċju Meteroloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissja ta’ riħ qawwi fejn jaqbel fuq il-Gżejjer Maltin. It-twissja mistennija tibqa’ fis-seħħ sal-4am tat-Tnejn filgħodu.

Il-paġna Malta Weather qalet li t-temp għat-Tnejn mistenni jkun b’ħalbiet iżolati tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad kultant u b’riħ mill-Punent Majjistru Forza 5 li jonqos għal Forza 4.

Il-paġna Malta Weather ukoll qalet li hemm ċans ta’ aktar maltempati bir-ragħad matul il-jumejn li ġejjin f’Malta u Għawdex.