Il-moviment globali, Positive Birth Movement (PBM) se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu f’Għawdex. Il-Moviment se jkun qed jorganizza laqgħat mingħajr ħlas għall-persuni li qed jistennew tarbija, l-familjari tagħhom kif ukoll il-ġenituri. Il-PBM hija moviment globali b’iktar minn 400 grupp madwar id-dinja.

Dan il-Moviment f’Għawdex se jkun immexxi minn Dr Georgette Spiteri u Daniela Grech Sultana. Il-Grupp se jkun imniedi  fuq il-mexxi soċjali f’Jum l-omm u l-ewwel laqgħa se tkun qed issir f’Ġunju.

Il-Positive Birth Movement ġie mniedi fl-2012 minn Milli Hill, omm ta’ tlitt itfal u minn dejjem kienet membru attiva f’diversi kampanji. Dawn il-gruppi jiltaqgħu madwar id-dinja, huma mmirati biex jagħtu s-sapport u l-informazzjoni lin-nisa, kif ukoll jitgħallmu dwar il-mod kif jistgħu jwelldu.

Dan il-grupp jilqa’ fih nisa minn kull sfera tas-soċjetà li kellhom jew se jkollhom tarbija. Il-grupp jilqa’ fih persuni li lesti jaqsmu l-esperjenza pożittiva tat-twelid tat-tfal tagħhom u għalhekk jibnu komunità li tissaportja n-nisa u twelid.