Il-kampjonat nazzjonali tar-Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu beda bl-ewwel tiġrija minn tlieta nhar il-Ħadd li għadda fuq iċ-ċirkwit ta’ San Martin.

Kien iċ-ċiklist Malti/Awstraljan, Alexander James Smyth li rnexxielu jirbaħ il-kategorija prinċipali l-Elite. Mill-kategorija tan-Nisa, rebħet din it-tellieħa Marie Claire Aquilina. Alexander James Smyth għamel is-seba’ dawriet (60.2 Km) f’ħin ta’ 01:43.27. Warajh spiċċaw rispettivament Etienne Bonello (01:43.38) u William Hili f’01:43.45. Iċ-Champion Nazzjonali Marie Claire Aquilina ta’ Team Greens reġgħet spiċċat il-ħames dawriet tagħha (43 Km) f’1:21.43. Lara Buttigieg (01:33.29) u Michelle Vella Wood (01:38.31) segwewha.

Żewġ aħwa Għawdxin, Brandon u Darren Sultana ta’ Gozo CC iddominaw iż-żewġ kategoriji rispettivi tagħhom dawk ta’ taħt it-23 u s-16–il sena.