Ritratt: Olivier Vanhoutte

Wara li l-bieraħ kien hemm il-ftuħ uffiċċjali tal-64 edizzjoni tal-Eurovision, issa beda l-countdown li jwassal għas-serata finali tas-Sibt 18 ta’ Mejju.

Wara li l-artisti parteċipanti mxew minn fuq it-tapit oranġjo, is-serata kompliet ġewwa t-Teatru Habima fejn l-artisti kienu miġbura, kif tistgħu taraw fir-ritratt, taħt l-istess saqaf.

U wara l-bieraħ, issa xi jmiss?

It-Tnejn 13 ta’ Mejju

Illum wara nofsinhar ikun hemm l-ewwel dress rehearsals tal-pajjiżi tal-ewwel semi finali ta’ għada t-Tlieta. Magħhom jingħaqdu wkoll l-Iżrael, Franza u Spanja, li posthom huwa diġa garantit fil-finali.

Issir it-tlugħ tal-polza għas-serata finali. Ritratt: EBU

Kmieni llejla mbagħad, il-European Broadcasting Union (EBU) flimkien mal-istazzjon nazzjonali tal-Iżrael KAN se jkunu qed jindirizzaw konferenza stampa u wara din se tiġi indirizzata konferenza stampa dwar l-edizzjoni li jmiss tal-Junior Eurovision Song Contest. Filgħaxija mbagħad it-tieni dress rehearsal ta’ għada t-Tlieta. Din tal-lejla hi magħrufa wkoll bħala l-Jury Final, hekk kif il-ġurija tal-pajjiżi tal-ewwel semi finali, jivvutaw il-50% tal-voti tagħhom.

It-Tlieta 14 ta’ Mejju

Wara nofsinhar issir it-tielet u l-aħħar dress rehearsal.

Filgħaxija, mbagħad, is-serata tal-ewwel semi finali. Mat-tmiem ta’ din is-serata, tissejjaħ ukoll konferenza stampa, fejn ikun hemm l-ewwel tlugħ bil-polza għas-serata finali tas-Sibt.

L-Erbgħa 15 ta’ Mejju

Wara nofsinhar isir l-ewwel dress rehearsal tal-pajjiżi tat-tieni semi finali tal-Ħamis u jkun hawn li naraw lil Michela terġa’ titla fuq il-palk tal-Eurovision għall-ewwel minn tlett dress rehearsals.

Il-preżentaturi tal-Eurovision 2019. Ritratt: Eyal Nevo‏

Wara jkun hemm konferenza stampa tal-erba’ preżentaturi li se jmexxu s-serata u aktar tard mill-ġdid dress rehearsal ieħor, fejn il-ġuriji tal-pajjiżi tat-tieni semi finali jivvutaw il-50% tal-voti tagħhom. F’dawn iż-żewġ semi finali se jagħmlu l-provi tagħhom ukoll il-Ġermanja, l-Italja u r-Renju Unit, li huma diġa’ fil-finali.

Il-Ħamis 16 ta’ Mejju

Wara nofsinhar it-tielet u l-aħħar dress rehearsal tal-pajjiżi tat-tieni semi finali. Għalhekk titla’ għall-aħħar prova tagħha, Michela Pace, għal Malta, bil-kanzunetta Chameleon.

Filgħaxija, tibda t-tieni semi finali fejn 10 mit-18-il kanzunetta jgħaddu għall-finali tas-Sibt 18 ta’ Mejju.

Eżatt wara l-konferenza stampa tal-finalisti u t-tlugħ bil-polza għall-allokazzjoni ta’ kif se jkantaw fis-serata finali tas-Sibt 18 ta’ Mejju.

It-telespettaturi Maltin, illum ikunu jistgħu jivvutaw il-50% tal-voti tagħhom.

Awguri Michela!

 

Il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju

Tard filgħodu ssir l-ewwel prova tal-ftuħ tas-serata finali.

Wara nofsinhar l-ewwel dress rehearsal tas-serata finali. Filgħaxija mbagħad id-dress rehearsal li fiha jivvutaw il-50% il-ġuriji tal-pajjiżi parteċipanti kollha.

Għal Malta, il-ġurija, immexxija minn Carlo Borg Bonaci, se tkun magħmula minn Arthur Caruana, Eileen Spiteri, Matthew James Borg u Nicole Frendo.

Is-Sibt 18 ta’ Mejju

Ritratt: EBU

Wara nofsinhar it-tielet u l-aħħar dress rehearsal tas-serata finali.

Fid-21:00 tibda s-serata finali tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Il-telespettaturi tal-pajjiżi parteċipanti kollha jistgħu jivvutaw.

Wara li tintemm din l-edizzjoni, tissejjaħ konferenza stampa tar-rebbieħ.