Bħalissa Heritage Malta qiegħda taħdem fuq ir-restawr u konservazzjoni ta’ uħud mill-istrutturi li jinsabu fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien.

Jispjegaw aktar fid-dettal il-proċess ta’ dan il-restawr, li juża t-teknika magħrufa bħal tal-ġir iswed, il-Senior Conservator Frank Chetcuti u l-koordinatur Antoine Borg.

It-Tempji ta’ Ħal Tarxien, li jinsabu fil-lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, imorru lura għas-snin 3600 sa 2500 QK. Huma l-iktar sit kumpless mis-siti ta’ tempji f’Malta u jikkonsistu minn erba’ strutturi megalitiċi. It-tempji huma magħrufa għad-detall tal-oġġetti tagħhom, li jinkludu annimali domestiċi mnaqqxa f’riljiev u l-istatwa tal-‘mara l-ħoxna’.

Iktar informazzjoni dwar it-Tempji ta’ Ħal Tarxien jinsab fuq is-sit ta’ Heritage Malta.

Filmat: Malcolm Agius

Editjar: Coryse Borg