Meghan Markle qasmet mal-midja soċjali ritratt ferm ħelu tat-tarbija l-ġdida Archie fl-ewwel Jum l-Omm tagħha. Ir-ritratt ifakkar ukoll lill-Prinċipessa Diana bl-għażla tal-fjuri li jidhru. L-omm il-ġdida ħadet ritratt ħelu ta’ saqajn binha fuq Instagram fil-ġnien tad-dar f’Windsor.

Dan kien l-ewwel ritratt ta’ binha Archie, li wriet fuq il-kont tad-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex mindu ħarġet l-aħbar li d-Dukessa kellha tarbija. Meghan qegħda żżomm l-Archie quddiem il-fjuri bl-isem ta’ Forget-Me-Not, il-fjuri l-iktar favoriti tal-Prinċipessa Diana. Ir-ritratt ittella’ jiem wara li l-Prinċep Harry fetaħ qalbu u tkellem dwar x’fissret għalih it-telfa ta’ ommu.