Il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Ian Borg qal li x-xogħol fuq il-proġett tal-flyover tal-Marsa għaddej ġmielu u skont il-pjanijiet, tant illi l-ewwel pont li minn Triq Garibaldi jwassal għal Triq Aldo Moro fil-Marsa għandu jitlesta u jinfetaħ għall-pubbliku sas-sajf li ġej.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija supplimentari tad-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone, il-Ministru Borg qal li waslu t-travi li għandhom jitpoġġew fuq il-pilastri li twaħħlu u li finalment għandhom iwasslu għal numru ta’ flyovers.

ARA UKOLL:

Ritratti: Jitwaqqfu l-ewwel kolonni tal-junction tal-Marsa

Filmat: Jibda x-xogħol fuq l-ewwel 2 pontijiet minn 7 fil-Marsa