Tħabbar li b’mod immedjat u b’mod indefinit, il-programm The Jeremy Kyle Show li jixxandar fuq l-istazzjon Ingliż ITV, se jitwaqqaf u tneħħa mill-iskeda tal-istazzjon.

Dan wara li ġimgħa wara li ġie rrikordjat programm partikolari, il-mistieden li kellu fil-programm Jeremy Kyle miet.

Il-programm kien għadu ma xxandarx iżda d-diriġenti tal-istazzjon ITV ħabbru li l-programmi kollha li kien hemm rikordjati f’din is-sensiela mhux se jixxandru filwaqt li ġie sospiż ukoll il-filming ta’ episodji futuri.

Fi programmi bħal ma huwa The Jeremy Kyle Show, il-mistiedna jispiċċaw jonxru l-ħwejjeġ maħmuġin fil-pubbliku, u jiġu sottoposti għal ħafna ġudizzju u bbuwwjar mill-udjenza, u ovvjament is-saga tkompli barra l-istudjo.

Milli jidher li l-mistieden li miet ġimgħa wara li xxandar il-programm, ma felaħx għall-kedda li ħa.

L-istazzjon ITV, waqt li ofra l-kondoljanzi tiegħu lejn il-qraba tal-mejjet, qal li se jkun qed janilizza l-kontenut ta’ dan il-programm li għadu ma xxandarx.