L-Iran illum bagħtet ċittadin Iranjan 10 snin ħabs għax kien serva bħala spija għar-Renju Unit hekk kif it-tensjoni bejn Tehran u pajjiżi fil-Punent dwar il-programm nukleari u tal-missili.

Iranjan li kien jieħu ħsieb desk tal-Iran fil-Kunsill Brittaniku kien qed jikkopera mal-aġenzija tal-British Intelligence, intbagħat il-ħabs wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Dan skont kelliem għall-ġudikatura li ġie kkowtat mill-aġenzija tal-aħbarijiet Fars.

Il-kelliem qal li r-raġel serva ta’ spija waqt li kien inkarigat minn proġetti ta’ infiltrazzjoni tal-kultura fl-Iran. Madanakollu ma identifikax il-persuna u ma speċifikax jekk dan għandux nazzjonalità Brittanika.

Il-British Foreign Office ma weġibx immedjatament għall-email mibgħut minn Reuters bil-mistoqsijiet dwar il-każ.