Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li ma jemminx f’miżuri ta’ kastig imma f’dawk pożittivi meta kien qed jitkellem dwar it-trasport waqt attività politika fi Pjazza Santa Liena, Birkirkara.

Muscat qal li l-ewwel pass sar u li dan kien jinvolvi l-identifikazzjoni ta’ setturi li qed jibbenefikaw minn trasport pubbliku b’xejn. Qal li l-Maltin iħobbu l-karozzi tagħhom imma li kien hemm modi ta’ kif jista’ jinbidel l-ammont ta’ karozzi fit-toroq. Semma l-idea li jista’ jkun hemm kumpens għall-utenti tat-trasport pubbliku u użu tat-trasport pubbliku b’xejn għal dawk li jgħażlu li jirrenunzjaw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom għal sena.

Minn miżbla illegali għal park wara investigazzjoni ta’ Newsbook

L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta se jkunu parti mill-Park Nazzjonali ta’ Malta bl-għan li jkunu aktar aċċessibbli għall-pubbliku skont Muscat.

Wara investigazzjoni minn Newsbook.com.mt li waslet biex jitneħħa ammont sostanzjali ta’ skart tal-kostruzzjoni li ntrema b’mod illegali, il-Gvern reċentament ħabbar li se jkun hemm estenzjoni għall-park f’Ta’ Qali. Dan issa se jsir il-Park Nazzjonali ta’ Malta.

Ma stennejtx reazzjoni daqshekk pożittiva – Muscat

Waqt li kien qed jiġi intervistat mill-Professur Ray Mangion, Muscat qal lill-partitarji li ma stenniex reazzjoni daqshekk pożittiva meta ħabbar l-estenzjoni tal-park. Muscat qal li l-idea dwar il-bini tal-Arkivji Nazzjnali kienet tal-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo li kien bilqiegħda fl-udjenza waqt l-attività. Muscat qal li l-bini l-ġdid se jkollu teknoloġija aħjar. Spjega li l-idea kienet li l-binja l-ġdida tkun aktar aċċessibbli.

Muscat qal li ma kienx kuntent bl-idea li jkun hemm kultura ta’ klassi għolja li tkun tajba biexx meta ħadd ma jifimha. Appella għall-affarijiet li jgħaqdu lin-nies. Muscat iddiskuta wkoll il-bżonn u l-investiment f’spellchecker bil-Malti.

Muscat għalxejn jiftaħar fuq l-investimenti – PN

F’reazzjoni l-Partit Nazzjonalista qal li għalxejn Joseph Muscat joqgħod jitkellem u jiftaħar fuq l-investimenti għaliex jekk tgħaddi ta’ sieħbu Frans Timmermans u s-Soċjalisti Ewropej jimponulna taxxa komuni madwar l-Ewropa, l-impjiegi u l-investiment jispiċċaw fix-xejn.

Tista’ taqra l-proposti minn hawn: