Malta Police Force

Mara tqila ta’ 34 sena miż-Żejtun ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’ħabta fiż-Żejtun.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fit-8am fi Triq Tal-Barrani. Involuti fl-inċident kien hemm ukoll żewġt itfal li ndarbu ħafif. Għadu mhux magħruf kif seħħ l-inċident u kemm kien hemm vetturi involuti. Intant kien hemm ukoll mara ta’ 28 sena minn Birżebbuġa.

Aktar dettalji dalwaqt.