Luke Zerafa

Il-Bank Of Valletta (BOV) b’kollaborazzjoni mal-Bank Malti għall-Iżvilupp (MDB) nieda skema ta’ finanzjament sa €750,000 b’rata ta’ imgħax ta’ 3.5% għal negozji żgħar u medji (SMEs).

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu ntqal li l-iskema SME Invest hija mmirata lejn SMEs li qed jippjanaw proġetti ġodda ta’ investiment kapitali.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan huwa r-riżultat tad-deċiżjoni tal-Gvern li jwaqqaf il-MDB biex jaħseb għall-futur tas-settur tan-negozju.