FILE PHOTO: A woman cries next to a tribute to victim Hussein Al-Umari outside Al-Noor mosque after it was reopened in Christchurch, New Zealand, March 23, 2019. REUTERS/Edgar Su

L-inkjesta fl-attakk terroristiku fuq żewġ moskej, li seħħ fi Christchurch fi New Zealand, bdiet tisma’ l-evidenza llum hekk kif il-Prim Ministru Jacinda Ardern ippreparat għal laqgħa fi Franza sabiex tikseb sapport globali biex tiġi kkontrollata l-vjolenza online.

Raġel waħdu, b’arma tan-nar, qtael 51 persuna f’żewġ moskej fi Christchurch fil-15 ta’ Marzu waqt li ħareġ live fuq Facebook. Dan kien deskritt bħala l-għar attakk li qatt għadda minnu New Zealand.

L-inkjesta se tkun qed tanalizza l-attivitajiet tas-suspettat, l-użu tiegħu tal-midja soċjali u l-konnessjonijiet internazzjonali. Skont Ardern, l-inkjesta tal-Kummissjoni Rjali se tgħin sabiex jiġi assigurat li attakk ieħor bħal dan ma jerġax iseħħ.

Skont is-sit tal-kummissjoni, ix-xhieda mistennija tkompli tinġabar sa Awwissu u se tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Gvern tal-pajjiż fl-10 ta’ Diċembru. Il-komunità Musulmana talbet għal komunikazzjoni aħjar dwar l-inkjesta.