Tottenham Hotspur allegatament qed jagħlqu ftehim biex jiffirmaw lil Nicolo Zaniolo hekk kif irriżulta li persuna mibgħuta minn Tottenham mar jara lill-midfielder waqt il-logħba bejn Roma u Juventus.

Skont Nicolo Schira ta’ Gazzetta dello Sport qal li Spurs huma “tassew interessati” li jixtruh biex jibda l-avventura tiegħu fit-Tramuntana ta’ Londra dan is-Sajf. Dan ġara ġimgħat wara li r-rapporti ddikjaraw li Tottenham kienu għamlu offerta ta’ €50 miljun għall-plejer ta’ 19-il sena u kienu għaddejjin b’diskussjonijiet dwar l-iffirmar tal-kuntratt.