Ir-Roma ħabbru li l-Captain tat-tim, Daniele De Rossi se jitlaq mill-klabb fi tmiem l-istaġun. Aktar kmieni dalgħodu r-Roma ħarġu tweet fejn stqarrew li l-aħħar logħba għal De Rossi se tkun kontra Parma nhar is-26 ta’ Mejju.

Barra minn hekk, il-websajt uffiċjali tal-klabb ikkonfermat li l-plejer ta’ 35 sena mhux se jkun qed jirtira, anzi qed jippjana li jimbarka fuq avventura ġdida lil hinn minn Ruma.