Il-battibekk bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina dwar it-tariffi fuq il-prodotti rispettivi tagħhom qed iħalli impatt kbir fuq il-kummerċ bejn iż-żewġ naħat. L-aħħar tariffi imposti miċ-Ċina qed ikollhom impatt effett importanti b’mod partikolari fuq ir-raħħala u l-produtturi tal-ikel fl-Amerka.

Fl-aħħar ritaljazzjoni tagħha għat-tariffi imposti mill-amministrazzjoni ta’ Trump fuq ċertu prodotti Ċiniżi li jidħlu fl-Istati Uniti, iċ-Ċina ħabbret nhar it-Tnejn li għadda li se tgħolli t-tariffi għal madwar 25 fil-mija fuq iktar minn 5,000 prodott impurtat mill-Amerka.

Skont Michael Nepveux, ekonomista mill-American Farm Bureau Federation din iż-żieda fit-tariffi, li ser tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju, se tkun qed tiswa madwar $60 biljun fi spejjeż żejda u li se jolqtu lil-bdiewa u r-raħħala minn kull aspett possibbli. Huwa qal li fost l-iktar settur li se jsoffri hemm il-produtturi tal-majjal, li minkejja li fiċ-Ċina hemm kriżi fil-produzzjoni ta’ dan il-laħam minħabbba l-African Swine Fever, dawn it-tariffi se jkunu qed jimpattaw serjament l-esportazzjoni lejn dan il-pajjiż. Biex itaffi id-diffikultajiet ta’ dawn it-tariffi, Trump ħabbar nhar it-Tnejn li għadda li se r-raħħala u l-bdiewa se jkunu kumpensati b’madwar $15-il billjun. Intant, fil-battalja hekk imsejħa tat-tariffi, Washington taf minn naħa tagħha timponi tariffi ġodda fuq prodotti li ġejjin miċ-Ċina. Bosta analisti ekonomiċi huma inkwetati, li b’dan il-battibekk, fl-aħħar mill-aħħar se jkunu il-familji u l-ħaddiema f’dawn is-setturi li se jbatu l-konsegwenzi.

L-Istati Uniti żżid in-nefqa tagħha biex terġa tinżel fuq il-qamar fl-2024

L-amministrazzjoni Trump tallbet lill-Kungress Amerikan biex iżżid in-nefqa tan-NASA is-sena d-dieħla b’1.6 biljun dollaru sabiex jitħaffeff il-proċess għall-amerikani biex jitilgħu fuq il-qamar fl-2024. Ġimgħat ilu, il-Viċi President Mike Pence ddikkjara li dan il-proċess għandu jitqassar b’4 snin u għaldaqstant in-Nasa teħtieġ iktar fondi biex tilħaq mal-miri l-ġodda.

Dawn il-proposti fiż-żieda għall-infieq minn NASA se jkun ifisser spiża totali ta’ $22.6 biljun għas-sena fiskali 2020. Il-parti l-kbir taż-żieda se tkun fuq ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ sistema ta’ inżul fuq il-qamar.

Fi kliem Jim Bridenstine, l-Amministratur tan-Nasa, din il-proposta ta’ żieda fil-fondi hija sinjal posittiv fil-ħidma tan-Nasa minn naħa tal-White House. Huwa qal li l-għan tan-NASA huwa li jfasslu programm li permezz tiegħu iwassalhom għal fuq il-qamar malajr kemm jista’ jkun.

Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net , Tel. 21493250. Tista’ tirċievi l-artiklu b’xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net

L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investiment.

Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd –www.mpmci.net , Tel. 21493250. Tista’ tirċievi l-artiklu b’xejn billi tibgħat email fuq info@mpmci.net 

L-informazzjoni u l-ħsibijiet inklużi fl-artiklu huma provduti għal skop ta’ edukazzjoni u informazzjoni biss u m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parir ta’ investiment.