L-iktar għadsa fil-fond tal-bniedem f’submarine żvelat li fil-qiegħ hemm l-iskart.

Victor Vescovo niżel 10,928 metru fill-Mariana Trench, li hija l-iżjed punt fond f’ebda baħar madwar id-dinja. Din l-għadsa hija ta’ 16-il metru iżjed mill-aħħar għadsa li saret fl-1960.

Vescovo sab kemm speċi differenti li qatt ma raw nies oħra, kif ukoll affarijiet tal-plastik u tal-metall, anka b’kitba fuqhom. Huwa spjega li din kienet ta’ diżappunt kbir, li l-iżjed punt fond li kapaċi jilħaq il-bniedem s’issa wkoll huwa kkontaminat bl-iskart, għalkemm qas nafu eżatt x’jgħix.