Ritratt: Andres Putting

Jibdew jitħabbru l-finalisti:

L-atmosfera fis-sala Expo Tel Aviv. Ritratt: Thomas Hanses
  • Greċja – Katerine Duska – Better Love
  • Belarussja – ZENA – Like It
  • Serbja – Nevene Božović – Kruna
  • Ċipru – Tamta –  Replay
  • Estonia – Victor Crone – Storm
  • Czech Republic – Lake Malawi – Friend Of A Friend
  • Australia – Kate Miller-Heidke – Zero Gravity
  • Iceland – Hatari – Hatrið mun sigra
  • San Marino – Serhat – Say Na Na Na
  • Slovenia – Zala Kralj & Gašper Šantl – Sebi
Ritratt: Andres Putting

It-televoting għalaq. Sakemm jitħabbru l-10 finalisi minn din is-serata, Netta Barzilai terġa titla’ fuq il-palk fejn tħabbar li nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju se tkun qed terġa’ tagħmel dehra oħra, meta se narawha tinterpreta l-kanzunetta ġdida tagħha Nana Banana.

Issir ukoll l-introduzzjoni tal-kantanti ta’ Spanja, Franza u l-Iżrael, li posthom huwa garantit fil-finali tas-Sibt.

Ritratt: Andres Putting

Roksana Wegiel, rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Junior Eurovision għall-Polonja, tagħmel dehra żgħira fejn titkellem dwar l-esperjenza tagħha fil-konkors tal-Eurovision taż-żgħar.

Ir-rebbieħa tal-Junior Eurovision 2019. Ritratt: Andres Putting

Sakemm għaddej it-televoting, brijju fis-sala hekk kif Dana international, rebbieħa tal-1998 twassal il-verżjoni tagħha ta’ Just The Way You Are ta’ Bruno Mars.

Ritratt: Andres Putting

Is-17-il kanzunetta lesta. Il-ġuriji vvutaw il-bieraħ u issa jmiss lit-telespettaturi tal-pajjiżi parteċipanti biex jivvutaw, Il-preżentaturi fetħu t-televoting.

Ritratt: Andres Putting

Il-kantant Tork Serhat jirritorna fil-Eurovision għal darb’oħra għal San Marino bil-kanzunetta Say Na Na Na. Għalkemm illum għandu numru ta’ fans isegwuh mill-Eurovision, il-parteċipazzjoni tiegħu f’din l-edizzjoni diffiċċli biex twassal lil San Marino sal-finali.

Ritratt: Andres Putting

Katherina Diska għall-Greċja bil-kanzunetta Better Love, waħda mill-kanzunetta li possibbilment imissu mal-finali

Ritratt: Andres Putting

Conan Osiris għall-Portugall bil-kanzunetta Telemóveis, li tfisser mobile phone, silta oħra dubjuża li tinżel tajjeb mal-fans.

Ritratt: Andres Putting

Victor Crone għall-Estonja bil-kanzunetta Storm, silta li żgur hi pjaċevoli li tisma u faċilment tkun waħda mill-10 li llejla jgħaddu għas-semi finali tas-Sibt.

Ritratt: Andres Putting

L-Iżlanda b’kanzunetta Techno mwassla minn Hatari. Is-silta Hatrið mun sigra tfisser Hatred will Prevail, u ċertament silta li mhux se tinżel wisq tajjeb ma’ ħafna fans tal-Eurovision.

Ritratt: Andres Putting

Zero Gravity għall-Awstralja inerpretata minn Kate Miller-Heidke. Kemm ilhom li daħlu fil-Eurovision Song Contest, l-Awstraljani daħlu biex jimpressjonaw, u din is-sena xejn inqas b’din il-wirja stupenda li wasslu.

Ritratt: Thomas-Hanses

Oto Nemsadze għall-Ġorġja bil-kanzunetta Keep on Going, silta li mhux neċessarjament tintlaqa’ tajjeb minn kulħadd.

Ritratt: Thomas Hanses

Wieħed mill-iżgħar parteċipanti f’din l-edizzjoni, Eliot għall-Belġju bil-kanzunetta Wake Up, wirja li kapaċi tiġbed is-simpatija ta’ ħafna.

Eliot. Ritratt: Andres Putting

Nevene Božović li f’pajjiżha s-Serbja kisbet suċċess wara li kklassifikat fit-tieni post fil-kompetizzjoni The Voice hi weħidha fuq il-palk hekk kif b’vuċi qawwija tinterpreta l-kanzunetta  Kruna.

Ritratt: Andres Putting

Zena għall-Belarussja bil-kanzunetta Like It.

Ritratt: Thomas Hanses

Għall-Ungerija Joci Papai bil-kanzunetta Az Én Apám, li għalkemm tidher li ntlaqgħet tajjeb, iġġegħelk tiddubita kemm hi tassew b’saħħitha biex twassal sal-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej.

Ritratt: Andres PuttingGħar-Repubblika Ċeka, Lake Malawi b’kanzunetta li donnha qed tintlaqa’ tajjeb mill-udjenza preżenti. Madanakollu, jidher ukoll li Friend of A Friend hi waħda mill-kanzunetti fejn l-ispettaklu magħha huma l-kuluri u l-effetti bl-iskrins fuq il-palk.

Lake Malawi. Ritratt: Andres Putting

Duo żagħżugħ għas-Slovenja li wassal is-silta Sebi, pjuttost sempliċi u li bla dubju tinħass differenti minn dak li nstema’ s’issa.

Zala Kralj & Gašper Šantl. Ritratt: Andres Putting

Tulia għall-Polonja twassal Fire of Love. Ħoss pjuttost differenti minn kanzunetti tradizzjonali fil-Eurovision. Kanzunetta li bla ma trid iġġielek tismagħha, u tidħol ukoll f’moħħok u tirrepti magħha.

Tulia – Fire of Love
Ritratt: Thomas Hanses

Darude feat. Sebastian Rejman bil-kanzunetta Look Away hija t-tielet kanzunetta tas-serata għall-Finlandja. Effetti fuq il-palk u lirika ripetitiva li bla dubju tidħol f’moħħ l-udjenza.

Darude. Ritratt: Thomas Hanses

D Mol għal Montenegro Ritratt Thomas Hanses. Huma ġew deskritti bħala l-ekwivalent ta’ S Club 7.

Kull kanzunetta għandha introduzzjoni permezz ta’ kartolina li nħadmet f’Tel Aviv. L-ewwel semifinali fetħitha Tamta għal Ċipru bil-kanzunetta Replay. Pjuttost kanzunetta differenti minn dik li ġiet ippreżentata s-sena l-oħra minn Ċipru, Fuego li kisbitilhom it-tieni post.

Tamta għal Ċipru. Ritratt: Thomas Hanses

Erez Tal, Bar Refaeli, Assi Azar u Lucy Ayoub huma l-erbgħa preżentaturi ta’ din l-edizzjoni. Din hija l-ewwel darba fi żmien 20 sena li l-Iżrael qed jorganzizza l-Eurovision Song Contest meta dik is-sena tellgħuh f’Ġerusalemme wara li Dana International rebħet l-edizzjoni tal-1998 bil-kanzunetta Diva.

DARE TO DREAM – Din hija t-tema tal-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li qed tittella’ f’dan il-ħin fl-Expo Tel Aviv.

Kif mistenni, l-kantanta Netta, rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Eurovision Song Contest fetħet is-serata b’arranġament ġdid tal-kanzunetta rebbieħa Toy.

Aktar fans jinġabru fl-Expo Tel Aviv għall-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Ritratt: Andres Putting

Minn hawn u ftit ieħor jibda l-46 edizzjoni tal-Eurovision. Song Contest. L-arena ta’ Expo Tel Aviv fl-Iżrael, qed timtela’ b’dawk li se jkunu qed isegwu direttament din l-ewwel semi finali fejn 17-il-pajjiż se jkun qiegħed jieħu sehem. 10 minnhom se jgħaddu għall-finali ta’ nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju.

Expo Tel Aviv, l-arena fejn se ssir l-46 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. Ritratt: Andres Putting