DOI Omar Camilleri

Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni Silvio Schembri inawguraw l-uffiċini l-ġodda ta’ The Chiliz Blockchain Campus.

Dr Muscat qal li Chiliz huwa eżempju ta’ kif ekosistema tista’ tissaħħaħ permezz ta’ ġenerazzjoni ta’ ideat li jolqtu iżjed minn settur wieħed; ideat li huma l-binja ta’ dawn it-tipi ta’ investimenti u ta’ ideat li jattiraw ideat ġodda, jinkoraġġixxu oħrajn u jkunu innovattivi.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri spjega li Chiliz Blockchain Campus huwa xhieda tal-politika dwar il-blockchain u l-materjalizzazzjoni tal-viżjoni li Malta tkun ‘The Blockchain Island’. Schembri rrimarka li fi żmien sena Chiliz żiedet il-ħaddiema tagħha minn 12 għal 50 u għandha pjanijiet li tkompli tikber sal-aħħar tal-2019.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Chiliz u Socios.com Alexandre Dreyfus stqarr li Malta tat bażi soda lill-industrija tal-blockchain billi kienet wieħed mill-ewwel pajjiżi fuq livell globali li offriet qafas leġiżlattiv għal din it-teknoloġija emerġenti.