Dawk li jħobbu s-sajf xejn mhu jogħġobhom it-temp ta’ Mejju, li din il-ġimgħa qaleb minn bnazzi għal xitwi mil-lejl għan-nhar. Din il-ġimgħa mistennija tagħtina iżjed xita, ragħad u anke silġ, sa nhar il-Ġimgħa li ġej.

Skont il-bassara indipendenti Malta Weather fuq Facebook, għada għandha tagħmel ix-xita tul il-ġurnata u t-temperatura mistennija tinżel għal 14-il grad b’riħ ivarja bejn il-forza 3 u 4.

Il-Ħamis mistennija tkun l-aktar ġurnata kiefra, peress li għandu jagħmel anke ragħad u silġ.