Tliet iġiel mis-Siġġiewi baqgħu jinżammu taħt arrest wara li ġew akkużati bi stupru tal-massa fuq mara vulnerabbli.

Il-Qorti ddeċidiet li taħbi isem l-irġiel li għandhom bejn 22 u 25 sena sabiex il-vittma li għandha 20 sena ma tiġix identifikata. Il-każ seħħ lura f’Ġunju tas-sena li għaddiet.

Fil-Qorti nstema’ kif il-mara kienet tkellmet dwar kif kienet ġiet stuprata minn ħu wieħed mill-akkużati li wassal sabiex dan jiġi mressaq il-Qorti. Madanakollu, il-ġenituri tagħha wissewa sabiex tgħid il-verità kollha meta kienet waslet għas-smigħ li jmiss u minn hemm ħareġ li t-tfajla kienet għaddiet minn stupru tal-massa numru tad-drabi, mit-tliet akkużati.

L-irġiel akkużati huma żewġ studenti u ħaddiem f’restorant tal-fast-food. Huma kollha wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom, għaldaqstant tnejn minnhom ma talbux għall-ħelsien mill-arrest. L-unika wieħed li ntalab il-ħelsien mill-arrest tiegħu kien student ta’ 23 sena li l-avukat tad-difiża tenniet li għandu diżabilitajiet intelletwali. Il-ħelsien mill-arrest intalab sabiex iż-żagħżugħ jitħalla jsegwi kors edukattiv barra minn malta.

Il-Qorti ddeċidiet li tirrifjuta l-ħelsien mill-arrest hekk kif kien hemm riskju ta’ tbagħbis mal-evidenza.