FB:MFA-Womens-Football

Birkirkara u Mġarr United ltaqgħu għall-finali tan-Knock Out fil-grawnd tal-Mosta, Charles Abela. Birkirkara rnexxielhom jiksbu biċċa fidda oħra hekk kif irnexxielhom jegħlbu lill-Imġarr 2-0 f’logħba missielta sew miż-żewġ naħat.

Din il-finali temmet il-kampanja 2018/19, kampanja li rat lil Birkirkara jieħdu l-kuruna ta’ Champions kemm fil-league kif ukoll fin-Knock Out. Min-naħa l-oħra, l-isfidanti tagħhom, Imġarr kellhom staġun tajjeb ukoll hekk kif spiċċaw fit-tieni post fil-league u waslu sal-finali tan-Knock Out.