Alfred SANT in the EP in Strasbourg

Il-kandidat tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li Malta għandha wisq x’titlef jekk titlef il-flessibilità fit-tassazzjoni tagħha.

Fi stqarrija Sant qal li fil-mandat li ġej tal-PE se jiżdiedu l-isforzi favur bidliet fil-politika Ewropea li jpoġġu limiti ġodda fuq kif il-pajjiżi membri tal-UE jistgħu jirranġaw is-sistemi tat-taxxi tagħhom. Skont Sant, dan mhux fl-interess ta’ Malta. Sant qal li Malta u Għawdex għandhom jingħataw trattament speċjali minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom.